# PPR, regolament 286. Smigħ

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/286 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/286
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 360 tal-2022

(1) Il-Qorti tal-Appell għandha tqiegħed il-kawża għas-smigħ f’data mill-aktar kmieni, u f’ebda każ aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha l-appell jinġieb quddiemha u għandha tara li avviż ta’ dik id-data jingħata lill-partijiet fil-kawża, li, min-naħa tagħhom, għandhom jassumu r-responsabbiltà li jżuru r-reġistru tal-qorti u jsiru jafu l-aħħar tagħrif dwar id-data għas-smigħ tal-każ.
(2) Wara li tappunta r-rikors għas-smigħ, u wara li tkun semgħet is-sottomissjonijiet bil-fomm magħmulin mill-partijiet kollha, il-Qorti għandha tiddeċiedi r-rikors fuq il-merti tiegħu, fl-inqas żmien possibbli iżda mhux aktar tard minn erba’ xhur mill-ġurnata li ġie ppreżentat l-appell u l-partijiet ġew debitament notifikati. Sakemm id-deċiżjoni tal-Qorti tibqa’ pendenti, il-proċess tas-sejħa għal offerti għandu jiġi sospiż.
(3) Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti għandha s-setgħa li tħassar il-proċess tas-sejħa jekk hija jidhirilha li din tkun l-aqwa soluzzjoni fiċ-ċirkostanzi tal-każ, b’dana li l-ebda parti ma jkollha jedd li titlob għad-danni minħabba tali deċiżjoni li tiġi mħassra s-sejħa.
(4) Il-Qorti tal-Appell għandu jkollha s-setgħa illi tordna li n-notifika ta’ kwalunkwe att ġudizzjarju ssir permezz ta’ posta elettronika. F’dak il-każ, id-data tan-notifika għandha tkun l-istess data ta’ meta l-posta elettronika tkun intbagħtet.
