# PPR, regolament 285. Partijiet fl-appell

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/285 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/285
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Ir-rikors tal-appell għandu jkun indirizzat kontra l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa, l-awtorità kontraenti, l-offerent rakkomandat, jekk ikun hemm, u kull parti oħra involuta fil-proċeduri quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi, li jistgħu jippreżentaw risposta bil-miktub fi żmien għoxrin jum mid-data tan-notifika: Iżda jekk l-appellant jonqos milli jipprova jinnotifika r-rikors tal-appell lill-partijiet kollha fuq imsemmija fi żmien ġimgħatejn mill-preżentata tal-appell, il-Qorti, wara li tisma waqt l-ewwel seduta tal-appell ir-raġunijiet li għalihom ma tkunx saret in-notifika, tista’ tiddikjara permezz ta’ digriet mogħti fil-miftuħ li l-appell hu deżert bl-ispejjeż jitħallsu mill-applellant.
