# PPR, regolament 284. Appell lill-Qorti tal-Appell

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/284 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/284
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Kull parti li tħoss ruħha aggravata minn deċiżjoni meħuda mill-Bord ta’ Reviżjoni tista’ tappella quddiem il-Qorti tal-Appell kif kostitwita skont l-artikolu 41(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti fi żmien għoxrin jum kurrenti mid-data li fiha d-deċiżjoni ssir pubblika.
