# PPR, regolament 282. Ammissibilità ta’ rikorsi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/282 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/282
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Rikorsi għall-ineffettività ta’ kuntratt għall-finijiet ta’ dan ir-regolament għandhom jitqiesu ammissibbli jekk isiru:
   (a) qabel ma jgħaddu mill-anqas tletin jum kalendarji b’effett mill-ġurnata wara d-data li fiha:
      (i) l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jew l-awtorità kontraenti ppubblikat avviż dwar l-għoti tal-kuntratt, hekk iżda li dan l-avviż ikun fih ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li jingħata l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jew
      (ii) l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jew l-awtorità kontraenti infurmat lill-offerenti u kandidati kkonċernati dwar l-iffirmar tal-kuntratt; u
   (b) f’kull każ ieħor qabel ma jiskadi perijodu ta’ għall-inqas sitt xhur b’effett mill-ġurnata wara d-data li fiha ġie ffirmat il-kuntratt.
