# PPR, regolament 281. Penalitajiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/281 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/281
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Il-penalitajiet imposti mill-Bord ta’ Reviżjoni huma:
   (a) l-impożizzjoni ta’ multi fuq l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa u l-awtorità kontraenti, kif ikun il-każ, fl-ammont ta’ ħmistax fil-mija tal-valur tal-offerta iżda li ma jeċċedix ħamsin elf euro (€50,000); jew
   (b) it-tqassir tal-perijodu tal-kuntratt: Iżda l-għoti ta’ danni previst fir-regolament 278 ma għandux jitqies bħala alternattiva ta’ penali xierqa għall-finijiet ta’ dan ir-regolament.
