# PPR, regolament 280. Deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/280 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/280
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Jekk il-Bord ta’ Reviżjoni jiddikjara li kuntratt hu ineffettiv, hu għandu jimponi penalitajiet fuq l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa u lill-awtorità kontraenti wara li jqis fid-deċiżjoni tiegħu l-fatturi rilevanti kollha, inkluża l-gravità tal-ksur u l-imġiba ta’ dawk l-awtoritajiet.
(2) Il-Bord ta’ Reviżjoni ma jistax jiddikjara kuntratt bħala ineffettiv, minkejja l-fatt li jkun ġie mogħti illegalment, għar-raġunijiet imsemmija fir-regolament 277, jekk il-Bord ta’ Reviżjoni jikkonkludi, wara li jeżamina l-aspetti kollha rilevanti, li r-raġunijiet aktar importanti li jirrigwardaw interess ġenerali jeħtieġu li l-effetti tal-kuntratt għandhom jinżammu fis-seħħ.
