# PPR, regolament 279. Notifika

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/279 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/279
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Ir-rikors għandu jiġi notifikat lill-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa, lill-awtorità kontraenti u lill-firmatarji kollha tal-kuntratt li qed jintalab li jiġi dikjarat ineffettiv, li jkollhom għoxrin jum biex jippreżentaw risposta.
