# PPR, regolament 275. Sospensjoni tal-proċess

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/275 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/275
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 56 tal-2021

Id-Dipartiment tal-Kuntratti, id-Direttorat għall-Akkwist Settorjali jew l-awtorità kontraenti involuta, kif ikun il-każ, ma jkunux jistgħu jikkonkludu l-kuntratt waqt perijodu ta’ għaxart ijiem kurrenti stabbilit għas-sottomissjoni ta’ appelli. Il-proċess tal-għoti għandu jiġi kompletament sospiż jekk eventwalment jiġi preżentat appell.
