# PPR, regolament 274. Notifika lid-Direttur, lill-Unità Ministerjali għall-Akkwist u lill-awtorità kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/274 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/274
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 56 tal-2021

Is-Segretarju tal-Bord ta’ Reviżjoni għandu minnufih jinnotifika lid-Direttur, lid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali u, jew lill-awtorità kontraenti, kif ikun il-każ, li tkun ġiet preżentata oġġezzjoni taħt l-awtorità tagħhom u li għalhekk il-proċedura dwar l-għoti għandha tiġi minnufih sospiża.
