# PPR, regolament 273. Depożitu

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/273 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/273
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-oġġezzjoni tkun valida biss jekk ikollha magħha depożitu ekwivalenti għal 0.50 fil-mija tal-valur stmat iffissat mill-awtorità kontraenti tal-offerta sħiħa jew jekk l-offerta hi maqsuma f’lottijiet skont il-valur stmat tal-offerta ffissat mill-awtorità kontraenti għal kull lott li jrid jiġi sottomess mill-offerent, dment li f’ebda każ ma għandu d-depożitu jkun inqas minn erba’ mitt euro (€400) jew iżjed minn ħamsin elf euro (€50,000) li jista’ jintradd lura kif il-Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi jista’ jiddeċiedi fid-deċiżjoni tiegħu.
