# PPR, regolament 272. Komunikazzjoni lill-offerent jew lill-kandidat

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/272 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/272
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Il-komunikazzjoni lil kull offerent jew kandidat konċernat tal-għoti propost jew tal-kanċellament tas-sejħa għall-offerti għandu jkun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti li jirrigwardaw ir-rifjut tal-offerta kif imfisser fir-regolament 242 jew ir-raġunijiet li għalihom is-sejħa għall-offerti qed tiġi kanċellata wara li jagħlaq il-perijodu tal-pubblikazzjoni, u permezz ta’ dikjarazzjoni preċiża dwar il-perijodu eżatt ta’ waqfien.
