# PPR, regolament 270. Appelli minn deċiżjonijiet meħuda wara d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ offerta

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/270 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/270
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fejn il-valur stmat ta’ kuntratt pubbliku jilħaq jew jeċċedi ħamest elef euro (€5,000) kull offerent jew kandidat konċernat, jew kull persuna li għandha jew li kellha xi interess jew li sofriet dannu jew tirriskja li ssofri dannu b’xi allegat ksur jew b’xi deċiżjoni meħuda inkluż l-għoti propost fil-kisba ta’ kuntratt, rifjut ta’ offerta jew il-kanċellament ta’ sejħa għal offerti wara li jiskadi l-perijodu tal-pubblikazzjoni, tista’ tappella permezz ta’ oġġezzjoni quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni, liema oġġezzjoni għandu jkun fiha r-raġunijiet għall-ilmenti tagħhom b’mod l-aktar ċar.
