# PPR, regolament 268. Implimentazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/268 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/268
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtorità kontraenti għandha tosserva d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni fl-inqas ħin possibbli u meta l-awtorità kontraenti tonqos milli timplimenta d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dan tal-aħħar jista’ jirrapporta l-kwistjoni lill-Ministru responsabbli għal dik l-awtorità kontraenti.
