# PPR, regolament 265. Deċiżjoni mill-Bord ta’ Reviżjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/265 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/265
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Il-Bord ta’ Reviżjoni għandu jiddeċiedi dwar ir-rikors b’urġenza wara li jisma’ l-partijiet, dment li ma tiġix iffissata aktar minn seduta waħda għal dan il-għan. Id-deċiżjoni finali tal-Bord ta’ Reviżjoni tista’ tiġi appellata mill-parti li tħoss ruħha aggravata quddiem il-Qorti tal-Appell kif previst fir-regolamenti 284, 285, 286, 288 u 290.
