# PPR, regolament 264. Risposta għar-rikors

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/264 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/264
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtorità kontraenti u kull parti interessata tista’, fi żmien ħamest ijiem mid-data ta’ meta r-rikors jiġi ppubblikat fuq il-website tal-Bord ta’ Reviżjoni, tippreżenta risposta bil-miktub. Dawn ir-risposti għandhom jitwaħħlu fuq in-notice board tal-Bord ta’ Reviżjoni u ppubblikati online.
