# PPR, regolament 260. Entitajiet elenkati fl-Iskeda 3 u awtoritajiet mniżżla fl-Iskeda 16

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/260 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/260
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 233 tal-2017; A.L. 56 tal-2021

(1) Awtoritajiet kontraenti li jaqgħu taħt l-Iskeda 3 għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel tal-kap tal-awtorità kontraenti tagħhom, minflok dik tad-Direttur meta jwettqu modifika.
(2) Awtoritajiet kontraenti li jaqgħu taħt l-Iskeda 16 għandhom, safejn is-sejħa għall-offerti ġiet ippubblikata mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali, jiksbu l-approvazzjoni minn qabel ta’, jew l-approvazzjoni preliminari minn, is-Segretarju Permanenti tagħhom, minflok dik tad-Direttur meta jwettqu modifika.
