# PPR, regolament 258. Tilwim rigward modifiki

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/258 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/258
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Tilwim bejn l-awtorità kontraenti u l-kuntrattur dwar jekk biċċa xogħol partikolari tkun parti mill-kuntratt jew inkella tikkostitwixxix modifika għall-kuntratt oriġinali ma għandux itawwal jew jissospendi l-kontinwazzjoni tal-kuntratt, iżda l-kuntrattur ikollu d-dritt li jisħaq l-pretensjoni tiegħu kontra l-awtorità kontraenti biex jirċievi ħlas addizzjonali għal dik il-biċċa xogħol jekk jirriżulta li din ma tagħmilx parti mill-kuntratt oriġinali.
(2) Dik l-azzjoni għal ħlas addizzjonali għandha tkun preskritta egħluq sentejn li jibdew jgħaddu mill-ġurnata meta l-kuntrattur jintebaħ jew seta’ jintebaħ b’dik il-biċċa xogħol.
