# PPR, regolament 256. Dmir fuq kuntratturi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/256 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/256
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Kuntrattur għandu jieqaf milli jeżegwixxi modifika li teħtieġ l-approvazzjoni tad-Direttur sakemm l-awtorità kontraenti ma tagħtihx konferma bil-miktub tal-imsemmija approvazzjoni. Jekk il-kuntrattur iwettaq il-modifika xorta waħda, hu jitqies li jkun aġixxa in mala fede u għaldaqstant ma jkunx intitolat għal ebda kumpens fir-rigward ta’ dik il-modifika, sakemm dik il-modifika ma kinitx approvata mid-Direttur jew meta l-awtorità kontraenti mxiet bil-modifika mingħajr ma kisbet l-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur. Kull ħlas riċevut mill-kuntrattur f’dan ir-rigward jista’ jiġi miġbur lura bl-istess mod kif previst fir-regolament 255.
