# PPR, regolament 255. Azzjoni biex jinġabru lura pagamenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/255 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/255
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 212 tal-2023

Fuq it-talba tad-Direttur, l-Avukat tal-Istat f’isem il-Gvern jista’ jibda proċeduri ċivili f’qorti tal-ġustizzja biex jinġabru lura pagamenti li saru lil kuntrattur li kien in mala fede fir-rigward ta’ modifiki li kienu ġew projbiti mid-Direttur. Azzjoni bħal din ma tkunx suġġetta għal ebda perijodu ta’ preskrizzjoni.
