# PPR, regolament 252. Rifjut mid-Direttur

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/252 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/252
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Jekk id-Direttur jirrifjuta milli jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal talba għal modifika, l-awtorità kontraenti għandha teżegwixxi l-kuntratt kif maħruġ fid-dokumenti tal-akkwist: Iżda fejn dan ma jkunx possibbli l-kuntratt għandu jiġi terminat u jinbeda proċess ta’ akkwisti ġdid f’konformità ma’ dak li hu stabbilit taħt dawn ir-regolamenti.
