# PPR, regolament 251. Modifika mingħajr approvazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/251 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/251
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Meta titwettaq modifika mingħajr ma tintalab l-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur, id-Direttur ma jistax jiġi mitlub li jagħti l-approvazzjoni tal-modifika b’effett retroattiv u għalhekk għandu jastjeni milli jieħu talba bħal dik f’konsiderazzjoni. Ir-responsabbiltà għal din il-modifika mhux approvata għandha tkun tal-kap ta’ dik l-awtorità kontraenti f’konformità mal-Att dwar ir-responsabbiltà Fiskali.
