# PPR, regolament 249. Deċiżjoni tad-Direttur

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/249 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/249
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fl-għoti jew iċ-ċaħda ta’ dik it-talba għal modifika, id-Direttur għandu jagħrbel jekk it-talba hi waħda minn dawk permessi taħt dawn ir-regolamenti. Id-Direttur għandu jistabbilixxi taħt liema regolament l-modifika qed tiġi approvata u fejn ikun possibbli għandu jiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-awtorità kontraenti fil-futur sabiex tiġi evitata l-ħtieġa ta’ modifiki.
