# PPR, regolament 248. Formula tat-talba għal modifika

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/248 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/248
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) It-talbiet għal modifiki ta’ offerta b’valur stmat li jaqa’ taħt ir-regolament 9(1)(b) għandhom jintbagħtu lid-Direttur mill-awtoritajiet kontraenti biss.
(2) Fit-talba tagħha l-awtorità kontraenti għandha tipprovdi dan li ġej:
   (a) ir-raġunijiet li ġabu l-ħtieġa għal din il-modifika;
   (b) l-effett fuq il-prezz totali tal-offerta u kull effett li jista’ jinħoloq fuq l-ispiża rikorrenti;
   (ċ) il-limitu ta’ żmien mistenni għall-eżekuzzjoni tal-modifika;
   (d) il-kunsens bil-miktub tal-kuntrattur biex iwettaq il-modifika;
   (e) il-bażi legali għal talba bħal din jekk qed issir taħt ir-regolament 246 jew taħt ir-regolamenti 151, 152, 153 jew 154.
