# PPR, regolament 238. Tnaqqis fin-numru ta’ offerti u soluzzjonijiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/238 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/238
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jirrikorru għall-għażla li jnaqqsu n-numru ta’ offerti li għandhom jiġu negozjati kif stipulat fir-regolament 127(4) jew ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi kif stipulat fir-regolament 146, dawn għandhom jagħmlu dan billi japplikaw il-kriterji tal-għoti ddikjarati fid-dokumenti tal-akkwist. Fl-istadju finali, in-numru finali għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina billi jkun hemm biżżejjed offerti, soluzzjonijiet jew kandidati kwalifikati.
