# PPR, regolament 233. Repożitorji online ta’ ċertifikati (e-Certis)

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/233 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/233
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-offerti transkonfinali, il-Gvern ta’ Malta għandu jiżgura li l-informazzjoni li tikkonċerna ċertifikati u forom oħra ta’ provi dokumentati introdotti fl-e-Certis tibqa’ aġġornata kostantement.
(2) L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-e-Certis u jistgħu jesiġu primarjament dawk it-tipi ta’ ċertifikati jew forom ta’ evidenza dokumentata li jkunu koperti bl-e-Certis.
