# PPR, regolament 23. Obbligi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/23 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/23
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Meta awtorità kontraenti tagħmel l-akkwisti tagħha skont ir-regolament 22, din għandha titqies li ssodisfat l-obbligi tagħha skont dawn ir-regolamenti.
(2) Awtorità kontraenti tissodisfa wkoll l-obbligi tagħha skont dawn ir-regolamenti meta takkwista xogħlijiet, provvisti jew servizzi:
   (a) billi tuża kuntratt mogħti minn korp ċentrali għall-akkwisti;
   (b) billi tuża sistemi dinamiċi ta’ xiri operati minn korp ċentrali għall-akkwisti, jew sal-limitu stabbilit fir-regolament 169;
   (ċ) billi tuża ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti li joffri attività ta’ akkwist ċentralizzat kif imfisser fil-paragrafu (b) tat-tifsira "attivitajiet ta’ akkwist ċentralizzat";
(3) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subregolament (2), l-awtorità kontraenti kkonċernata għandha tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont dawn ir-regolamenti fir-rigward tal-partijiet li tmexxi hija stess, bħal:
   (a) l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika tax-xiri, li tkun operata minn korp ċentrali għall-akkwisti;
   (b) it-tmexxija tal-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti;
   (ċ) skont il-paragrafi (a) jew (b) tar-regolament 173(1), id-determinazzjoni ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li huma partijiet fil-ftehim qafas, għandu jwettaq kompitu partikolari taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti.
(4) Il-proċeduri kollha ta’ akkwist mmexxija minn korp ċentrali għall-akkwisti għandhom jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, skont ir-rekwiżiti stipulati fir-regolament 48.
(5) Mingħajr ma japplikaw il-proċeduri stabbiliti f’dawn ir-regolamenti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku ta’ servizzi għall-provvista ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwist lil korp ċentrali ta’ akkwist.
(6) Il-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi identifikati taħt is-subregolament (5) jistgħu jinkludu wkoll il-provvista ta’ attivitajiet anċillari ta’ akkwist.
