# PPR, regolament 229. Dokumenti oħra

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/229 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/229
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Awtorità kontraenti tista’, fi kwalunkwe mument matul il-proċedura, titlob lill-offerenti u lill-kandidati jissottomettu d-dokumenti ta’ sostenn kollha jew parti minnhom fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedura.
(2) Qabel ma tagħti l-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha, ħlief fir-rigward tal-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas meta tali kuntratti jkunu konklużi f’konformità mar-regolamenti 172 u 173, tobbliga lill-offerent li lilu tkun iddeċidiet li tagħti l-kuntratt li jippreżenta dokumenti ta’ sostenn aġġornati skont ir-regolamenti 230, 231 u 232 kif applikabbli u, fejn adegwat, ir-regolament 235. L-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati riċevuti skont ir-regolamenti 230 sa 234.
(3) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subregolamenti (1) u (2), l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jiġu obbligati jissottomettu dokumenti ta’ sostenn jew informazzjoni dokumentarja oħra fejn u jekk l-awtorità kontraenti għandha l-possibbiltà li tikseb iċ-ċertifikati jew l-informazzjoni rilevanti direttament permezz ta’ aċċess għal database nazzjonali fi kwalunkwe Stat Membru li jkun disponibbli mingħajr ħlas, bħal reġistru nazzjonali tal-akkwisti, dossier tal-kumpanniji virtwali, sistema elettronika għall-ħażna tad-dokumenti jew sistema ta’ prekwalifikazzjoni.
(4) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subregolamenti (1) u (2), l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu meħtieġa li jippreżentaw dokumenti ta’ appoġġ, fejn l-awtorità kontraenti li tkun tat il-kuntratt jew li tkun ikkonkludiet il-ftehim qafas, diġà jkollha dawn id-dokumenti.
