# PPR, regolament 221. Ftehim qafas

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/221 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/221
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fejn kuntratti bbażati fuq ftehim qafas kellhom jingħataw wara ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni, ir-rekwiżit ta’ fatturat annwali massimu msemmi fir-regolament 219 għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-daqs massimu mistenni tal-kuntratti speċifiċi li ser jitwettqu fl-istess żmien, jew inkella, fejn dan ma jkunx magħruf, fuq il-bażi tal-valur stmat tal-ftehim qafas. Fil-każ ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri, ir-rekwiżit ta’ fatturat annwali massimu msemmi fir-regolament 219(1) għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-daqs massimu previst ta’ kuntratti speċifiċi li ser jingħataw taħt dik is-sistema.
