# PPR, regolament 220. Kuntratt maqsum f’lottijiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/220 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/220
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Meta dokument tal-akkwisti inkluża offerta jkun maqsum f’lottijiet, ir-regolamenti 217 sa 224 għandhom japplikaw b’relazzjoni għal kull lott individwali. Madanakollu, l-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi l-fatturat annwali minimu li l-operaturi ekonomiċi huma obbligati li jkollhom b’referenza għal gruppi ta’ lottijiet f’każ li l-offerent li jirbaħ il-kuntratt jingħata diversi lottijiet li għandhom jitwettqu fl-istess żmien.
