# PPR, regolament 219. Fatturat annwali minimu

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/219 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/219
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Il-fatturat annwali minimu li l-operaturi ekonomiċi huma obbligati li jkollhom ma għandux ikun aktar mid-doppju tal-valur stmat tal-kuntratt, għajr f’każijiet debitament ġustifikati bħal dawk relatati mar-riskji speċjali marbutin man-natura tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti. L-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet prinċipali għal tali rekwiżit fid-dokumenti tal-akkwist jew fir-rapport individwali msemmi fir-regolamenti 113 jew 241, kif ikun il-każ.
(2) Il-proporzjon, pereżempju, bejn l-attiv u l-passiv tista’ tittieħed f’konsiderazzjioni fejn l-awtorità kontraenti tispeċifika l-metodi u l-kriterji għat-tali konsiderazzjoni fid-dokumenti tal-akkwist. Dawn il-metodi u kriterji għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji.
