# PPR, regolament 215. Effetti tal-black listing

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/215 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/215
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-effetti tal-black listing għandhom jibdew wara li jgħaddu xahrejn mill-jum minn meta d-deċiżjoni tal-black listing tkun saret finali.
(2) Il-kuntratti kollha eżistenti ffirmati mill-awtorita tal-gvern ċentrali, mill-awtoritajiet kontraenti u mill-korpi regolati bil-liġi pubblika ma’ persuni li jkunu saru black listed skont ir-regolament 206 għandhom ipso jure jiġu tterminati mingħajr ebda kumpens għal kull telf attwali jew futur mid-data li fiha d-deċiżjoni rigward il-black listing issir finali.
