# PPR, regolament 212. Perijodu tal-black listing

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/212 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/212
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Jekk it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali jiddeċiedi għall-black listing tal-konvenut, il-perijodu ta’ black listing għandu jkun bejn sitt xhur u sena: Iżda fejn il-konvenut huwa reċidiv fil-kondotta ħażina tiegħu l-perijodu ta’ black listing għandu jkun bejn sena u tlett snin.
