# PPR, regolament 211. Evalwazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/211 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/211
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Wara li jevalwa l-evidenza kollha u jikkonsidra s-sottomissjonijiet imressqa mill-partijiet, it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax jew jiċħadx it-talba magħmula mid-Direttur tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali għall-black listing tal-konvenut: Iżda t-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali, wara li jikkunsidra l-miżuri meħuda mill-konvenut sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni u wara li jqis l-gravità u ċ-ċirkustanzi partikolari tar-reat jew l-aġir mhux xieraq, jista’, minflok ma jwettaq il-black listing tal-konvenut, jiddeċiedi li jagħti twiddiba lill-konvenut.
