# PPR, regolament 210. Smigħ

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/210 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/210
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 176 tal-2018

(1) Is-Segretarju tat-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali għandu jinnotifika lid-Direttur tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali u lill-konvenut bid-data li fiha ser isir l-ewwel smigħ. L-avviż tas-smigħ għandu jiġi komunikat mis-Segretarju lill-konvenut flimkien mar-rikors u d-dokumenti imsemmija fis-subregolament (2) tar-regolament 209.
(2) Meta jintemm is-smigħ orali, it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali, jekk ma jagħtix deċiżjoni fl-istess jum, għandu jirriżerva d-deċiżjoni għal dik id-data li hija l-aktar kmieni li tiġi ffissata għal dan il-għan, iżda mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data li fiha t-talbiet bil-miktub jitqiesu li kienu magħluqa: Iżda, għal raġunijiet serji u ġustifikati espressi bil-miktub permezz ta’ ordni notifikat lill-partijiet kollha, it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali jista’ jmexxi d-deċiżjoni għal aktar tard.
