# PPR, regolament 21. Korpi ta’ akkwist ċentralizzat

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/21 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/21
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Iskeda 4 huma awtorizzati li jaġixxu wkoll bħala korp ta’ xiri ċentrali.
(2) Il-korpi ta’ xiri ċentrali għandu jkollhom il-funżjoni li perijodikament javżaw lill-Kapijiet ta’ Dipartimenti dwar il-prezzijiet u kondizzjonijiet applikabbli għal, u l-proċedura li għandha tiġi segwita fl-akkwist pubbliku ta’ tagħmir, ħażniet, xogħlijiet jew servizzi.
