# PPR, regolament 209. Talbiet bil-miktub

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/209 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/209
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018; A.L. 176 tal-2018

(1) Ir-rikors għandu jkun fih stqarrija tal-fatti u r-raġunijiet li wasslu għall-black listing. Għandu wkoll ikun fih ukoll kopja tar-rapport dettaljat dwar is-sejbiet tal-investigazzjonijiet imwettqa mid-Direttur tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jew kopja tad-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti.
(2) Ir-rikors u d-dokumenti kollha li jsostnu r-rikors għandhom jiġu notifikati lill-konvenut permezz ta’ ittra reġistrata jew ittra uffiċjali li għandu fi żmien għoxrin jum jippreżenta r-risposta. Ir-risposta għandu jkollha wkoll depożitu ta’ erba’ mitt euro (€400) pagabbli lis-Segretarju tat-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali u għandu jkun fiha d-dokumentazzjoni kollha għas-sostenn tar-risposta.
(3) Jekk l-ittra reġistrata jew l-ittra uffiċjali imsemmija fis-subregolament (2) ma tiġix notifikata lill-konvenut, tkun ir-responsabilità tad-Direttur tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali li jieħu ħsieb li kopja tar-rikors u d-dokumenti kollha annessi mar-rikors jiġu notifikati lill-konvenut, u dawn għandhom jiġu notifikati bil-mod ta’ kif għandhom isiru n-notifiki skont l-artikolu 187 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 6 tat-Tariffa A tal-Iskeda A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandhom japplikaw għal dik in-notifika.
(4) Il-konvenut għandu jara li tiġi notifikata kopja tar-risposta lid-Direttur tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
(5) It-talbiet bil-miktub għandhom jitqiesu bħala magħluqa meta jiskadi ż-żmien imsemmi fis-subregolament (3).
