# PPR, regolament 205. Proċedura

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/205 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/205
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018

(1) L-appell għandu jiġi preżentat fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha tkun ġiet notifikata lill-appellant ittra reġistrata jew ittra uffiċjali msemmija taħt ir-regolament 200.
(2) L-appell ikun validu biss jekk ikollu miegħu depożitu ta’ erba’ mitt euro (€400).
(3) Is-Segretarju tat-Tribunal għandu minnufih jibgħat kopja tal-appell lid-Direttur biex b’hekk jinforma lil dan tal-aħħar li jkun ġie preżentat appell.
(4) L-appell għandu wkoll jitwaħħal fuq in-notice-board tat-Tribunal.
(5) Id-Direttur jista’, fi żmien għaxart ijiem mid-data meta l-appell ikun ġie notifikat lilu, jippreżenta risposta bil-miktub. Ir-risposta wkoll għandha titwaħħal fuq in-notice-board tat-Tribunal.
(6) Id-Direttur għandu jibgħat liċ-chairman tat-Tribunal id-dokumentazzjoni kollha li tirrigwarda l-black listing tal-appellant.
(7) It-tribunal imbagħad jiffissa data għas-smigħ verbali.
(8) Meta jintemm is-smigħ orali, il-Bord ta’ Reviżjoni, jekk ma jagħtix deċiżjoni fl-istess jum, għandu jirriżerva d-deċiżjoni għal dik id-data li hija l-aktar kmieni li tiġi ffissata għal dan il-għan, iżda mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data li fiha t-talbiet bil-miktub jitqiesu li kienu magħluqa: Iżda, għal raġunijiet serji u ġustifikati espressi bil-miktub permezz ta’ ordni notifikat lill-partijiet kollha, il-Bord ta’ Reviżjoni jista’ jmexxi d-deċiżjoni għal aktar tard.
(9) Is-segretarju tal-bord għandu jżomm verbal tar-raġunijiet ta’ kull aġġornament u ta’ kull ħaġa li ssir waqt kull seduta.
