# PPR, regolament 203. Effetti ta’ black listing

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/203 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/203
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Operatur ekonomiku li jkun ġie black listed b’sentenza finali milli jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwisti ma jkunx jista’ jagħmel użu mill-possibbiltà prevista taħt ir-regolament 202 matul il-perijodu ta’ esklużjoni li tirriżulta minn dik is-sentenza.
(2) Ladarba l-operatur ekonomiku jkun ġie black listed hu jkun eskluż mill-għoti ta’ kuntratt pubbliku jew xi kuntratt, kwotazzjoni jew kuntratt dirett għall-perijodu tal-black listing tiegħu.
