# PPR, regolament 202. Difiża

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/202 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/202
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Operatur ekonomiku jista’, quddiem it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali, juża bħala difiża kontra l-black listing tiegħu l-argument li jkun ħa miżuri biex juri l-affidabilità tiegħu minkejja r-raġuni rilevanti għall-black listing. Jekk dik l-evidenza titqies suffiċjenti, l-operatur ekonomiku konċernat ma għandux jiġi black listed mill-proċedura tal-akkwisti.
(2) L-operatur ekonomiku għandu jagħti prova li hu ħallas jew impenja ruħu li jħallas kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe dannu maħluq mir-reat kriminali jew mill-kondotta ħażina tiegħu, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkustanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma xierqa sabiex jipprevjenu reati kriminali jew kondotta ħażina ulterjuri.
(3) Il-miżuri meħudin mill-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu meqjusa mit-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali waqt li jitqiesu l-gravità u ċ-ċirkustanzi partikolari tar-reat kriminali jew imġiba ħażina. Meta t-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali jidhirlu li l-miżuri huma insuffiċjenti, dan għandu jagħti r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fis-sentenza tiegħu.
