# PPR, regolament 201. Rimedju għall-operatur ekonomiku

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/201 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/201
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Kull operatur ekonomiku li ma jkunx sodisfatt b’deċiżjoni jista’ jippreżenta oġġezzjoni quddiem it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali kif previst fir-regolament 205.
(2) Fin-nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-operatur ekonomiku id-deċiżjoni tad-Direttur tkun finali u l-perijodu tal-black listing ikun effettiv għal sentejn mid-data tad-deċiżjoni. Fil-każ ta’ oġġezzjoni, id-deċiżjoni li l-operatur ekonomiku jkun black listed issir finali mid-data meta l-oġġezzjoni tkun ġiet finalment deċiża mit-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali jew mill-Qorti tal-Appell, kif ikun il-każ.
