# PPR, regolament 20. Penalitajiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/20 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/20
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 56 tal-2021

(1) Għal offerti b’valur stmat li jaqa’ fi ħdan il-limitu stabbilit fir-regolament 9(1)(b) awtorità kontraenti tista’ biss timponi jew taħfer penalitajiet wara li tkun kisbet il-permess tad-Direttur.
(2) Meta awtorità kontraenti li tkun imniżżla taħt l-Iskeda 16 tiġi biex taħfer jew timponi penali għall-kuntratti li jkollhom stima li ma taqbiżx il-valur ta’ seba'mija u ħamsin elf euro (€750,000) hija tkun trid tikseb il-permess tas-Segretarju Permanenti responsabbli għaliha minflok dak tad-Direttur.
(3) Jekk tinqala’ xi tilwima dwar penali li tiġi mressqa quddiem qorti jew tribunal, id-Direttur u s-Segretarju Permanenti, minkejja li jkunu taw il-permess tagħhom, m’għandhomx jiġu mħarrka fil-proċeduri iżda huwa biżżejjed għal għanijiet ta’ integrità ta’ ġudizzju li t-tilwima tiġi indirizzata kontra l-awtorità kontraenti.
