# PPR, regolament 194. Raġunijiet oħra għall-esklużjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/194 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/194
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Kuntratt ukoll m’għandux jingħata lil operatur ekonomiku li, waqt il-proċedura ta’ akkwist għal dak il-kuntratt:
   (a) ikun fallut jew ikun għaddej minn proċeduri dwar insolvenza jew stralċ, jew ikollu l-affarijiet tiegħu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, ikun għamel arranġament mal-kredituri jew ikun issospenda l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jew ikun qiegħed f’sitwazzjoni bħal dik li toriġina minn proċedura simili taħt liġijiet u regolamenti nazzjonali;
   (b) ikollu konflitt ta’ interess, kif imfisser fit-tifsira fir-regolament 2, li ma jistax jiġi rimedjat effettivament b’mezzi inqas intrużivi;
   (ċ) kien involut fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist, sakemm din l-esklużjoni ma tistax tiġi rimedjata b’mezzi inqas intrużivi.
