# PPR, regolament 191. Operaturi ekonimiċi esklużi jew black listed

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/191 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/191
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-ebda operatur ekonomiku jew subkuntrattur ma jista’ jingħata kuntratt pubbliku jekk ikun milqut minn xi waħda mir-raġunijiet għal esklużjoni jew black listing imsemmija taħt din it-Taqsima.
(2) Jekk, waqt proċess ta’ akkwisti pubbliċi, subkuntrattur jiġi eskluż jew black listed, l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha tesiġi li dak l-operatur ekonomiku jibdel is-subkuntrattur eskluż jew black listed.
(3) Jekk l-operatur ekonomiku ma jibdilx is-subkuntrattur fil-limitu ta’ żmien mogħti bil-miktub mill-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa, l-offerta ta’ dak l-operatur ekonomiku tiġi awtomatikament eskluża mill-għotja.
