# PPR, regolament 190. Għeluq

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/190 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/190
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom jagħlqu rkant elettroniku f’mod wieħed jew aktar li ġejjin:
   (a) fid-data u l-ħin li ġew indikati qabel;
   (b) fejn ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, jekk qabel dawn iddikkjaraw iż-żmien li huma jħallu li jgħaddi wara li jirċievu l-aħħar sottomissjoni qabel ma jagħlqu l-irkant elettroniku; jew
   (ċ) meta jitlestew in-numru ta’ fazijiet fl-irkant preċedentement indikati.
(2) Meta l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jkollhom l-intenzjoni li jagħlqu irkant elettroniku skont is-subregolament (1)(ċ), possibilment flimkien mal-arranġamenti stabbiliti fis-subregolament (1)(b), l-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tindika l-iskeda ta’ żmien għal kull waħda mill-fażijiet tal-irkant.
(3) Wara li jagħlqu xi rkant elettroniku awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom jagħtu l-kuntratt skont id-dispożizzjoinijiet tar-regolament 239 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.
