# PPR, regolament 189. Komunikazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/189 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/189
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom jikkomunikaw minnufih lill-offerenti kollha tal-inqas biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Huma jistgħu, fejn dan ikun ġie indikat minn qabel, jikkomunikaw informazzjoni oħra rigward prezzijiet u valuri oħra sottomessi. Huma jistgħu wkoll iħabbru n-numru ta’ parteċipanti fi kwalunkwe fażi speċifika tal-irkant. Madanakollu, fl-ebda każ ma jistgħu jikxfu l-identitiajiet tal-offerenti matul l-ebda fażi tal-irkant elettroniku.
