# PPR, regolament 187. Ammissibbiltà ta’ offerti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/187 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/187
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Offerta għandha tkun meqjusa ammissibbli meta tkun ġiet sottomessa minn offerent, li ma kienx ġie eskluż skont it-Taqsima VI u li jissodisfa l-kriterji ta’ għażla, u li l-offerta tiegħu tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mingħajr ma tkun irregolari jew mhux aċċettabbli jew mhux adatta.
(2) B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala baxxi b’mod mhux normali, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.
(3) Offerta għandha titqies li ma tkunx adatta meta tkun irrelevanti għall-kuntratt, minħabba li jkun ċar li mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-bżonnijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti ta’ akkwist. Talba għal parteċipazzjoni għandha titqies li ma tkunx adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ser ikollu jew jista’ jiġi eskluż skont it-Taqsima VI jew ma jissodisfax il-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont ir-regolament 217.
