# PPR, regolament 185. Żvelar

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/185 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/185
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess. Bħala minimu, id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Iskeda 10.
