# PPR, regolament 183. Użu ta’ irkant elettroniku f’modi oħra ta’ akkwisti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/183 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/183
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Fi proċeduri miftuħa jew ristretti jew proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jistgħu jiddeċiedu li qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku l-ewwel għandu jkun hemm irkant elettroniku meta l-kontenut tad-dokumenti ta’ akkwist, b’mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.
(2) Fl-istess ċirkustanzi, irkant elettroniku jista’ jsir fil-ftuħ mill-gdid tal-kompetizzjoni fost il-partijiet għal ftehim qafas kif previst fir-regolament 173(2)(b) jew (ċ) u fil-ftuħ għal-kompetizzjoni ta’ kuntratti li għandhom jingħataw taħt is-sistema dinamika ta’ xiri.
