# PPR, regolament 182. Struttura

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/182 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/182
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-irkant elettroniku għandu jiġi strutturat bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti sabiex dawn jiġu kklassifikati permezz ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi..
(2) Ċerti kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet li għandhom il-prestazzjonijiet intellettwali bħala s-suġġett tagħhom, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, li ma jistgħux jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni, ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ bejgħ bl-irkant elettroniku.
