# PPR, regolament 179. Perijodu ta’ validità

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/179 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/179
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri fis-sejħa għall-kompetizzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-mudelli standard li ġejjin:
   (a) fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi terminata s-sistema, il-mudell inizjalment użat għas-sejħa għall-kompetizzjoni għas-sistema dinamika tax-xiri;
   (b) fejn is-sistema tiġi terminata, avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt imsemmi fir-regolament 43.
